Il-preżentatur u sindku tal-Kalkara għadu kif għamel ġest mill-isbaħ, fejn il-paga tiegħu ta' sindku għal dan ix-xahar, iċċaħħad minnha biex igawdi minnha r-raħal li tant jgħożż.

"Fl-ewwel jum tal-festa il-Kappillan Fr Brian Gialanze esprima x-xewqa li kif tgħaddi l-festa ta’ din is-sena, jinbeda ġbir ta’ fondi biex jiġi rrestawrat il-pedestall tal-vara titulari ta’ San Ġużepp... Warrabt l-onorarja (l-paga) tiegħi ta’ Sindku għax-xahar ta’ Lulju u dalgħodu, lejliet il-festa, filwaqt li preżentajt bukkett fjuri għal quddiem San Ġużepp, xtaqt li nkun fost tal-ewwel li noffri d-donazzjoni tiegħi għal dan ir-restawr tant mistenni."

Dan mhux biss, għax is-sindku tal-Kalkara kemm-il darba  offra għajnuna imprezzabbli lill-komunità u lir-raħal Kalkariż. Kien hemm biex joffri l-ħidma tiegħu anke qalb il-pandemija li għaddejjin minnha. "Kif din il-ġimgħa, u f’din is-sena tal-pandemija kont ta’ għajnuna għal għaqdiet mużikali, xtaqt li nkun ta’ għajnuna ukoll għall- Parroċċa San Ġużepp Kalkara biex jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla ngawdu u niċċellebraw festa kif tixraq."

Prosit mill-qalb Wayne!


Kyle Zarb