Il-preżentatur u sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina għadu kif żvela aħbar mill-isbaħ dwar xogħol ta’ restawr u manutenzjoni li għadu kif sar għax-Xatt tal-Esplora, fil-peniżula ta’ Bighi. Wayne jgħid li dan kollu sar bil-kollaborazzjoni u taħt it-tmexxija tal-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija.

"Din iż-żona ser tkun spazju miftuħ għall-Kalkariżi u l-pubbliku inġenerali." Wayne f'isem il-kunsilli lokali ffirma wkoll ftehim ma' Dr. Jeffrey Pullicino Orlando rigward din iż-żona u kif ser tkun qed tinżamm. "Iffirmajt ftehim ma’ Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar iż-żamma taż-żona, biex wara li tiġi nnawgurata, tibqa’ titgawda fl-aħjar mod possibli b’ħidma bejn iż-żewġ naħat."

Prosit lis-sindku tal-Kalkara Wayne, lil Dr. Pullicino Orlando u lil dawk kollha li kienu parti minn dan il-proġett li tant iħalli frott.


Kyle Zarb