Matul it-tlieta u għoxrin-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser nitkellmu dwar it-tliet sigrieti ta’ Fatima. Fl-1917, il-Madonna dehret lil tliet itfal Portugiżi - Luċija Santos, u ż-żewġ kuġini tagħha Ġjaċinta u Franġisku Marto u qasmet magħhom tliet sigrieti.

Dan kollu seħħ ġewwa r-raħal ċkejken ta’ Fatima, qrib Lisbona fil-Portugall. X’qaltilhom il-Madonna lil dawn it-tfal? Għaliex dawn it-tliet sigrieti speċjalment it-tielet sigriet qajmu kontroversji u spekulazzjonijiet mad-dinja? Il-mistieden magħna fil-panel se jkun Dun Colin Apap.

Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut l-Erbgħa fis-19:00 u l-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, kif ukoll il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967.

L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Flash Productions.


Gwida.mt