Bejn is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Settembru, ġie organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f'Ħal Far.

Il-Kampjonat qed jiġi organizzat minn Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation. Is-Sibt, saru sitt tiġrijiet: Entry-level, 60cc, Rotax Micro Max, Iame X30 Mini, u Imae X30 Junior.

Fost dawk li spikka tant bis-suċċessi tiegħu kien hemm Morgan Zammit, sewwieq ta' tmien snin, li diġà qed jagħmel passi kbar f'din il-karriera. Claire Marie Azzopardi kitbet messaġġ għal Morgan wara dan is-suċċess.

"Ħdimt ħafna u qatt ma qtajt qalbek. Ma kienx vjaġġ faċli u definittivament mimli skossi tul it-triq imma int urejt Maturità, Perseveranza, Impenn, Fokus u Passjoni! L-ingredjenti ewlenin kollha ta’ Kampjun fl-età tenera ta’ 8 snin."

Bravissimu Morgan u Awguri għal iktar suċċessi! 


Kyle Zarb