Fuq il-paġna tal-Gozo Channel Operations Limited, ġie mħabbar li s-servizz reġa ġie għan-normal wara li ġie sospiż għal sagħtejn.

Ir-raġuni li ġie sospiż għal ftit ħin hija minħabba l-maltemp hekk kif filmati minn ħdejn it-terminal juru mewġ kbir li għamilha diffiċli biex is-servizz ikompli.

“Is-servizz tal-Gozo Ferry jerġa’ jopera skont ir-rotta normali,” huma ħabbru ftit minuti ilu.

Facebook/Gozo Channel Operations Limited


Bernard Xuereb