Fuq il-paġna uffiċjali Valletta Ferry Services għadu kemm ħareġ avviż importanti rigward is-servizzi tagħhom. Milli jidher għal-lejla 24 ta' Ottubru s-servizz tal-ferry bejn tas-sliem u l-Belt Valletta "ġie sospiż". Għaldaqstant importanti li kull min kien ser jagħmel użu minn dan is-servizz ikun avżat.

Ir-raġuni għal dan jidher li kienet minħabba li esperjenzaw xi diffikultajiet fil-port minħabba l-imbatt tal-baħar u mewġ. Aktar dettalji u aġġornamenti joħorġu fil-ħin li ġej. Xerred l-avviż biex jasal għand min jeħtieġ li jkun jaf dwar dan. 


Kyle Zarb