Ilbieraħ, il-paġna uffiċjali tas-sensiela televiżiva L-Aħwa Fl-Awstralja ħabbret, "Nixtiequ nħabbru li f'dawn il-ġranet ta' festi, mil-lum l-Aħwa fl-Awstralja ser jerġa' jixxandar fuq l-istazzjon ONE."
Hu żiedu, 'It-tmien programmi ser jixxandru f'dawn il-ġranet u ħinijiet:
- Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru fis-18:30
- It-Tnejn 30 ta’ Diċembru fis-18:35
- It-Tlieta 31 ta’ Diċembru fis-18:45
- L-Erbgħa 01 ta’ Jannar fis-7:00
- Il-Ħamis 02 ta’ Jannar fil-11:00
- Il-Ġimgħa 03 ta’ Jannar fis-18:00
- Is-Sibt 04 ta’ Jannar fl-22:35
- Il-Ħadd 05 ta’ Jannar fis-18:30"
It-tim itemm jikteb, "Grazzi l-istazzjon ONE u Wayne Aquilina ta' din l-opportunità." Din is-sensiela niżlet għasel mat-telespettaturi u ħafna ħadu gost jaraw qraba tagħha fuq it-televiżjoni, filwaqt li oħrajn ammiraw id-determinazzjoni ta' dawn il-qraba li jżommu t-tradizzjonijiet u d-drawwiet Maltin ħajja.
Facebook / L-Aħwa Fl-Awstralja