Permezz ta’ ktiba ċkejkna fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej Chris Bonett, xandar mas-segwaċi tiegħu ritratt flimkien ma’ ktiba b’apprezzament lejn is-segretarjat tiegħu fejn proprju f’ jum għeluq sninu tawh sorpriża ċkejkna.

Infatti hu qal “Sorpriża ħelwa mis-Segretarjat tiegħi għal għeluq snini.” Fir-ritratt jidher Bonett flimkien mas-segretarjat tiegħu, kollha bit- tbissima fuq fommhom.

Hi ħaġa sabiħa mmens li nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk ta’ madwarna u b’sempliċiment ktiba fuq Facebook, Bonett qed jagħmel dan il-ġest li bosta għandhom jieħdu eżempju minnu.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nittamaw li kellek ġurnata sabiħa f’għeluq sninek mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbek! Awguri mill-qalb.


Gwida.mt