Ta’ spiss, is-santwarji tal-annimali jilqgħu diversi klieb abbandunati u dejjem jaraw kif jagħmlu sabiex ituhom ħajja aħjar minn dik li kellhom.
Ftit tal-ħin ilu, l- Association for Abandoned Animals (AAA) ħabbru li waslitilhom kelba li jidher li xejn ma kienet trattata tajjeb u ma kinux jitimgħuha kif xieraq. Dawn qalu li l-kelba dehret li welldet kemm-il darba u infatti magħha ħadu wkoll ġeru li welldet hi stess. L-AAA qalu li ser isemmu lil din il-kelba Tina. Skonthom fadal ħafna xi jsir sabiex il-kelba teqleb għall-aħjar, imma m’hemmx dubju li Tina issa qiegħda f’idejn tajba u ser jagħmlu minn kollox għaliha.
Agħfas HAWN biex tara l-post ta' AAA.
Facebook / Association For Abandoned Animals