Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar, Roberta Metsola u David Casa ingħaqdu flimkien sabiex jagħtu premju prestiġjuż lil Charmaine Gauci. Prof. Charmaine Gauci u t-tim tagħha ġew innominati għall-Premju taċ-Ċittadini Ewropej tal-2020. Dawn l-membri parlamentari ewropej fuq il-Facebook kitbu:

"Nafu kemm il-Professur Gauci flimkien mal-ħaddiema kollha tas-saħħa ħadmu qatigħ sabiex pajjiżna joħroġ minn din il-pandemija rebbieħ" - Saħħqet Josianne Cutajar

Alex Agius Saliba qal, "Għal darboħra, Grazzi Prof. Charmaine Gauci u l-front liners kollha tax-xogħol imprezzabli li għamiltu għal pajjiżna fix-xhur li għaddew. M'aħna ser ninsew qatt!"

Miriam Dalli qalet, "Din in-nominazzjoni għall-Premju taċ-Ċittadini Ewropej hija waħdq mistħoqqa. Grazzi ta' dak li għamiltu u tkomplu tagħmlu għal Malta u Għawdex".

"It-tmexxija tal-Professur Gauci u t-tim tagħha u l-istil ta’ komunikazzjoni miftuħ tagħhom matul l-agħar tal-pandemija, fisser li l-Maltin u l-Għawdxin setgħu jirreaġixxu għall-pandemija bl-aħjar mod biex ir-riperkussjonijiet ikunu mill-anqas". - Roberta Metsola

Awguri Prof. Charmaine Gauci!


Anthony Baldacchino