Mal-wasla tal-vaċċin kulħadd madwar id-dinja beda juri l-inkwiet tiegħu rigward jekk jitlaqqamx u x'jistgħu ikunu l-konsegwenzi jekk jaċċetta li jagħmel dan.

Fuq il-BBC ġie ppubblikat filmat fejn tkellmu żewġ personalitajiet magħrufin bħala Adil Ray u David Olusoga, u tkellmu rigward din il-kontroversja. Wara li semgħu diversi xniehat dwar il-vaċċin ħassew li jridu jwasslu messaġġ ta' kuraġġ biex in-nies ikollhom fiduċja fil-vaċċin. Fosthom kien hemm min qal li l-vaċċin jista' jaffettwa l-fertilita, iżda Adil Ray itenni li dan mhuwiex veru u għadu mhux uffiċjalment approvat.

Olusoga jisħaq li ħafna mill-paniku li qajjmet din il-kontroversja dwar jekk il-vaċċin huwiex sigur, huwa dak li n-nies jaraw li jintqal fuq il-midja soċjali. Kien hemm min ikkummenta għal dan il-filmat u qal li min qed iħeġġeġ lin-nies biex jieħu l-vaċċin, bħal dawn it-tnejn, għandhom ikunu huma li jitlaqqmu bil-vaċċin minn ta' quddiem.

Segwi aktar:


Kyle Zarb