Il-membru parlamentari Roberta Metsola tellgħet post fuq Facebook tgħid li ftit tal-ġimgħat ilu ltaqgħat ma' bosta intraprendituri nisa Maltin b’parti minn Social Hub Entrepreneurs (SHE). SHE hi diskussjoni onlajn fejn jiġu indirizzati l-isfidi li n-nisa jaffaċċjaw fil-qasam politiku, fin-negozju u fil-ħajja ġeneralment.

Roberta Metsola żiedet tgħid li hemm bżonn ta’ aktar ħidma sabiex in-nisa jkunu kapaċi jilħqu l-potenzjal sħiħ fil-karriera tagħhom. Hi spjegat kemm huwa mportanti li f’Malta jkun hemm iktar ħaddiema nisa u kemm dan jista’ jiġġenera aktar ekonomija.

Il-membru parlamentari qalet ukoll li hemm ħafna sfidi li kemm rġiel u kemm nisa jaffaċċjaw meta jkunu ser jiftħu negozju ġdid u għalhekk huwa importanti li dan il-proċess isir aktar faċli ħalli jiżdiedu x-xogħlijiet u tonqos il-burokrazija.

Facebook/Roberta Metsola


Bernard Xuereb