Kulħadd jaf kemm it-teknoloġija, l-inġinerija, l-matematika huma importanti! Il-Ministru Owen Bonnici għadu kemm ħabbar inizjattiva ġdida għal dawn il-persuni, tfal jew għalliema relatati ma' dawn is-suġġetti.

L-Onorevoli qal, "Aħna rridu li jkun hawn aktar xogħlijiet u karrieri ta' kwalità, u dawn huma suġġetti li għandhom rabta ma' karrieri li jagħtu sodisfazzjon kbir". Kien għalhekk li ġew imnedija l-awards Stem! Dawn huma award li ser jiprempju l-aħjar talent lokali fuq dawn is-suġġetti.

Tista' tinnomina l-għalliema ta' wliedek li mmotivat lit-tifel jew tifla tiegħek biex titgħallem aktar b'mod innovattiv f'dawn is-suġġetti. Jew forsi xi riċerkatur li kkontribwixxa għal dawn is-suġġetti. Jew forsi taf b'xi proġett li jistħoqqlu dan il-premju.

Ara xi trid tagħmel billi tafgħas HAWN


Anthony Baldacchino