Ilbieraħ kien jaħbat għeluq snin il-maħbuba tal-kantant u preżentatur Malcolm Pisani, Kim! Fil-fatt xtaq iħallilha messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni fejn fih stqarr kemm tfisser għalih, u kemm iħobbha b'imħabba kbira.
"Irrid nuża din il-ġurnata speċjali bħala opportunità biex ngħidlek kemm inħobbok, u kemm int importanti għalija. Qatt tħalli t-tjubija tiegħek tisparixxi. Awguri f'għeluq sninek qalbi tiegħi."
Fuq il-paġna tal-programm D BBQ Show, li tiegħu hi d-direttriċi u produttriċi, ukoll irċeviet xewqat sbieħ u tellgħu anke ritratt tal-bieraħ bil-kejk mill-isbaħ li tawha għall-okkażjoni. Minn qalbna f'isem Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat.