Tul l-avventura ta' HazZzard rajna lil Ingrid tikkummenta li tinsab muġugħa b'saqajha, uġigħ li ppersista. Qabel marret għall-avventura, Ingrid tkellmet mal-professjonisti u waslu għall-konklużjoni li din hi biss injury.
Iżda kif waslet lura mill-avventura ta' HazZzard wara li ġiet eliminata, l-uġigħ ta' Ingrid baqa' hemm u anke grava. Wara testijiet oħra rriżulta li kellha tumur u operawha biex ineħħu dan it-tumur, iżda waqt li qed joperaw skoprew li Ingrid għandha kanċer.
Infatti, bħalissa hija qed tirċievi l-kimoterapija minħabba li qed tissielet kanċer aggressiv ħafna. Hi tgħid li l-istil ta' ħajja li kellha nbidel kompletament u bħalissa l-iktar ħaġa importanti għaliha hija saħħitha.
Ingrid tgħid li tixtieq tagħmel kuraġġ lil kull min għaddej minn xi tip ta' sfida jew oħra. Barra minn hekk, tagħmel kuraġġ biex dak li jkun japplika għal HazZzard għax minkejja l-problemi ta' saħħa li kellha xorta baqgħet għaddejja bl-isfidi ta' HazZzard.
Wieħed jista' jsegwi l-episodju finali billi jidħol HAWN.