Lil Ronald Saliba rajnieh f’diversi sensiliet u produzzjonijiet matul is-snin. Wiċċ familjari li diffiċli tinsa. Il-ħidma għal Ronald ma waqfet qatt, mhux talli hekk, talli żdiedet!

“Ronald hu sinonimu ma' ħafna snin fil-qasam tar-reċtar u hawn narawh bħala kittieb, produttur u f'parti sekondarja tas-sensiela. Frott il-grazzja li għandu, il-paċenzja u xogħol bla għaġla, irnexxielu li minn snin ilu, fost epidemija, jibni storja li ser tibqa’ mfakkra…”. 

It-tim ta’ Nostalġija kiteb fuq il-paġna uffiċjali l-irwoli li ħadem Ronald fis-sensiela li ser tibda minn Marzu li ġej. Fil-fatt apparti attur, Ronald kien il-produttur u l-kittieb wara Nostalġija.

Iġri jasal id-29 ta’ Marzu, ħa naraw x’hemm imħejji!


Kyle Zarb