Il-kantanta lokali Gillian Attard għadha kemm xerrdet filmat ta' donazzjoni li preżentat lil Hospice Malta, li tant qegħdin kontinwament jgħinu nies li qed ibatu.
"Fi tmiem il-ġimgħa li gġadda, irnexxielna niġbru somma sabiħa ta' 1,600 għal Hospice Malta. Din l-inizjattiva hi tant personali għalija," tikteb Gillian. Issemmi li rat mill-viċin sitwazzjonijiet ta' tbatija, "Ma nistax ma naħsibx dwar kemm tkun importanti għal oħrajn li għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili, speċjalment fil-familja tiegħi stess."
Gillian iżżid li din il-ġabra ta' fondi hi aktar minn flus, iżda turija ta' kompassjoni u tama. "Grata lejn dawk kollha li kkontribwixxew u appoġġjaw din il-kawża."
Prosit kbira!
Facebook/ Gillian Attard