Ilbieraħ il-kantanta Ira Losco ħabbret li se tkun qed toħroġ kanzunetta ġdida, flimkien mal-vidjow mużikali. Però din il-kanzunetta mhux se toħroġha waħidha! Mela ma’ min?
Din il-kanzunetta l-ġdida, Ira se tkun akkumpanjata minn Michela Pace! Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta se tkun qed tkanta ma’ waħda mill-ġurija! X’unur dak!
Il-kanzunetta li se jniedu Ira u Michela jisimha ‘Cannonball’. Jidher li l-vidjow mużikali abbinat ma’ din il-kanzunetta għandu tema relatata mal-cowboys!
Min jaf x’għandhom lest għalina Ira u Michela! Ninsabu ħerqanin biex naraw dan il-vidjow u nisimgħu din il-kanzunetta! Żgur li ‘Cannonball’ se tkun kanzunetta mill-isbaħ, animata b’żewġ vuċijiet straordinjari!
Il-vidjow mużikali ta’ ‘Cannonball’ joħroġ nhar l-Erbgħa li ġej fis-sitta ta’ filgħaxija!
Instagram / @michelamusicofficial