Ira Losco tellgħet ritratt mill-isbaħ tagħha biex tfakkar lilha nnifisha li ġisem il-mara jinbidel u m'hemm xejn ħażin li taħseb dwar hekk, wara t-tqala. Tenniet li kulħadd bl-istorja tiegħu fejn qalet li fi tfulitha iġġieldet kontra l-piż, fejn sħabha kollha kienu rqaq u flessibbli u hi kienet xi ftit tqila u mimlija.
"Id-dehra mhux kollox ovvjament, imma jgħinuk tħossok kunfidenti biex tħossok differenti!", kitbet Ira. Ira qalet li meta ħadet il-kontroll ta' ġisimha u tgħallmet tiekol ikel tajjeb għas-saħħa kif ukoll iżomm ruħha attiva, ħassitha aktar kuntenta.
B'mod ħelu, ira qalet li għal xi ftit għaġin, tazza nbid jew ċikkulata qatt ma tgħid le imma toħodhom bil-qies. "Iva, neqred lil ta' madwari", kitbet Ira imma issa drawha u jsejħu dan il-mument 'The Losco Lurve'.
Bħalissa qed tħossha itqal imma ġo fiha qed tinħoloq ħlejqa oħra u b'hekk tifhem li għandu jsir ċerta tibdil fil-piż tagħha u fiha nfisha. Imma tistenna ħerqana li t-tifla ċkejkuna titwieled, tgawdieha u terġa' tibda tiġbor l-affarijiet mill-art għax "bħalissa bit-trash picker għaddejja."
Xi ħlew! Nammirawk li titkellem kif tħossha u b'mod reali Ira. Dak hu s-sabiħ li jagħmlek Ira li kulħadd iħobb. Mingħajr ma taf, tgħin u tagħti ħafna kunfidenza lil nisa oħra, u anke rġiel għaliex le (għax tkellimt fuq 'healthy eating ukoll) biex ma jaqtgħux qalbhom u jagħmlu dak meħtieġ biex iħossuhom kuntenti.
Awguri dejjem Ira!
Ritratt: Facebook/ Ira Losco/ Kris Micallef