Matul dawn l-aħħar jiem/ sigħat profil FALZ bl-isem: 𝕀𝕣𝕒 𝕃𝕠𝕤𝕔𝕠 𝕆𝕗𝕗𝕚𝕔𝕚𝕒𝕝 qed ixerred offerti u avviżi foloz. Ira Losco uffiċjalment ħabbret dan fuq il-profik tagħha vera ta' Instagram HAWN. Dan t'hawn taħt huwa ritratt li jista' jwasslek għall-kont FALZ  li int mitlub tirrapporta.

Jidher li bħalissa hawn katina enormi ta' kontijiet foloz li jużaw l-ismijiet ta' personalitajiet popolari bil-għan li jqarrqu bin-nies. Infakkru wkoll l-avviż tal-kantant William Mangion li wkoll ġibed l-attenzjoni lbieraħ rigward kont falz li qed juża ismu, xi ritratti u dettalji oħra tiegħu għal skop qarrieqi.


Gwida.mt