Ira Losco lbieraħ xerrdet ritratt flimkien ma' artisti lokali u internazzjoniali li flimkien ser ikunu parti mill-kast ta' Stephen Schwartz, li ser jtella' l-ispettaklu bl-isem Stephen Schwartz Defying Gravity.

Ira tikteb li ser tkun qed taħdem fost l-oħrajn mat-tenur Malti Joseph Calleja, ma' Destiny Chuckunyere, ma' Ian MacGregor, ma' Keri René Fuller u ma' Matthew James Anthony. 

"Kollha kemm huma tal-ġenn ovvjament, imma Stephen Schwartz... Kiteb suċċessi li tafu żgur bħal Prince of Egypt, Pippin, Pocahontas, Hunchback of Notredame u Wicked li ġej fiċ-ċinema tagħna f’Novembru li ġej bis-sehem ta' Ariana Grande."

Ira tkompli tgħid li tinsab tant onorata u ħerqana biex jasal l-avveniment f'Settembru li ġej fejn qiegħda taħdem għalih ma' tant stillel kbar. Awguri lill-artisti kollha! 

Facebook/ Stephen Schwartz


Gwida.mt