Ira hija prova ċara ta' kif jista' jkollok familja u karriera fl-istess ħin, iċ-ċkejken Harry qed jikber u minn żmien għal żmien Ira tfakkarna fl-aktar affarijiet importanti f'ħajjitna. F'post ħelwa fuq il-mezzi soċjali tagħha Ira tgħid li għalkemm l-adrenalina tal-palk diffiċli biex tissuperaha, il-familja tagħmel dan u aktar minn hekk.

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Ira tgħid li hekk kif il-ħarifa tinsab wara l-bieb, tinsab ħerqana għal aktar mumenti bħal dawn mal-familja għażiża tagħha. Wara sajf b'diversi impenji żgur li ż-żmien tal-ħarifa taf ikun wieħed pjuttost kwiet għall-artista lokali, għalkemm tkun qed tipprepara l-kantanti tagħha għat-tieni sensiela ta' X Factor Malta.


Emil Calleja Bayliss