Ira waħda mill-artisti lokali li qatt ma baqgħet lura milli tesprimi l-opinjoni tagħha fuq sitwazzjonijiet li qed jaffetwaw lis-soċjetà lokali. Tkellmet fuq diversi temi u suġetti tul is-snin u ta' żaqqha fommha, b'hekk dejjem maħbuba mal-Maltin.
Ritratt: Instagram / Ira Losco
Ira Losco f'post fuq il-midja soċjali ta' Instagram kitbet dwar il-pressjonijiet soċjali li qed iġġib miegħu. Hi qalet li l-pressjoni hi xi ħaġa reali u kompliet billi staqsiet fuq xiex dawn huma dipendenti.
Hi qalet li għalkemm wieħed jiddeċiedu li jkun influencer u ħafna minnhom jippromovi li wieħed ikun komdu fil-ġilda tiegħu, xorta hemm il-pressjoni li jixħtu materjal ta' kuljum f'ħin partikolari b'ċertu kontenut sabiex is-segwaċi jidħlu jaraw dak li xħett.
Ritratt: Instagram / Ira Losco
Il-pressjonijiet mhux biss dawk tal-estetika imma wkoll dwar il-kwantità u l-kwalità ta' dak li wieħed jixħet fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Ira tgħid li tifhem li għal ħafna minnhom dan u l-għixin tagħhom imma sar ukoll minħabba pressjoni li s-soċjetà ppreżentatilna.
Ira qed tqajjem punt validu ferm, tant hu hekk li dan l-aħħar Instagram bdew jieħdu miżuri biex jaħbu ċertu figuri sabiex tonqos din il-pressjoni. Ħafna artisti u influencers tkellmu favur din il-ħaġa. Int x'taħseb?
Instagram / Ira Losco