Ir-riħ diġà jinstema’ jvenven mil-aperturi, iżda dan se jibqa’ hekk għal tmiem il-ġimgħa? Il-paġna ‘Maltese Islands Weather’ qalet li r-riħ illum se jlaħħaq Forza 5 għal 6, kultant 7. Rigward il-baħar, il-paġna wissiet lill-għawwiema, bugħaddasa u sajjieda jew sidien tad-dgħajjes dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu minħabba dan ir-riħ. “Bħalissa l-mewġ qiegħed mix-Xlokk. Kif idur ir-riħ jibda dieħel mewġ mill-Majjistral ukoll. Mewġ minn żewġ direzzjonijiet opposti se jippersisti sa għada. Dan jaf iwassal għal baħar imħawwad” kitbet.


Nicole Zammit