00:00 - Issa li l-kanzunetti kollha (25), u rajna anke spettaklu minn tant artisti bravissimi waqt il-finali tal-lejla, issa wasal il-ħin li tant inkunu anzjużi għalih, il-votazzjoni.
Bħalissa qed insegwu l-voti tal-ġurija.
AIDAN qara l-voti għal Malta, u kif wiegħed qarahom bil-Malti. It-12-il punt ta' Malta marru għal Spanja, irrappreżentata minn Chanel b'SloMo.
00:10 - Il-ġlieda tidher li qiegħda bejn ir-Renju Unit, Svezja u Spanja. L-Ukrajna, L-Italja u l-Awstralja wegħdin viċin mhux ħażin.
00:25 - Bħalissa r-Renju Unit għadhom fil-quċċata! Fit-tieni post hemm l-Iżvezja u fit-tielet Spanja. Fadal 20 ġurija minn 20 pajjiż x'jivvutaw.
00:30 - Bħalissa r-Renju Unit għadhom qed jirbħu l-voti tal-ġurija b'235 punt. Madankollu L-Iżvezja qiegħda qrib immens li tilħaqhom b'214 punt. Fadal biss 5 pajjiżi oħra x'jivvutaw.
00:40 Ir-Renju Unit rebħu l-voti tal-ġurija b'283 punt. Taħsbu li ser jaqbiżhom xi pajjiż ieħor bil-voti tal-pubbliku, li jistgħu jibdlu kollox?
00:50 - Is-Serbja telgħu fl-ewwel post b'total ta' 312 punt.
00:57 - L-Ukrajna telgħu fl-ewwel post b'total ta' 631 punt.