Il-miżuri tal-maskra tal-wiċċ u ċ-ċertifikat tal-vaċċin għandhom jintemmu mill-Ħamis li ġej fl-Ingilterra. Il-Prim Ministru Boris Johnson qal ukoll li l-gvern immedjatament neħħa l-pariri tiegħu biex in-nies jaħdmu mid-dar.

Johnson qal li l-Ingilterra kienet qed terġa’ lura għal kif kif kienu qabel ddaħħlu l-miżuri ġodda. Dan wara s-suċċess tat-tilqim tal-booster. Huwa spjega wkoll li x-xjenzati jemmnu li l-mewġa tal-Omicron laħqet il-quċċata nazzjonali.

Fi stqarrija lill-Membri Parlamentari fil-House of Commons, il-Prim Ministru kkonferma li passaporti obbligatorji tal-Covid-19 għad-dħul fil-nightclubs u avvenimenti kbar se jispiċċaw, għalkemm l-organizzazzjonijiet jistgħu jagħżlu li xorta jużaw il-pass tal-NHS tal-Covid-19 jekk jixtiequ.

Johnson qal li minn issa l-gvern mhux se jibqa’ jagħti parir lin-nies biex jaħdmu mid-dar, u li n-nies għandhom jiddiskutu jirritornawx fl-uffiċċji ma’ min iħaddem. U l-maskri tal-wiċċ mhux se jibqgħu jiġu obbligati, għalkemm in-nies xorta huma mħeġġa biex jilbsu l-maskra fi spazji magħluqa jew iffullati, partikolarment meta jiltaqgħu ma' barranin.

X'taħseb dwar dan ir-rilaxx, u għandu jagħmel hekk ukoll pajjiżna?


Kyle Zarb