Jidher li l-Prinċep Charles qed iħejji ruħu biex jieħu post ir-Reġina Eliżabetta meta din tgħalaq il-95 sena. Dan intqal f’rapporti tal-midja internazzjonali.

Għalkemm huwa fid-deher li l-Prinċep Andrew huwa l-favorit tar-Reġina, l-iskandlu li ħareġ ftit ilu dwar ir-relazzjoni ta’ ħbiberija mal-pedofelu Jeffry Epstein mhux ser iħallieh jieħu x-xetru hu.

Mill-banda l-oħra Charles qed jieħu l-okkażjoni biex ikun dak li jissejjaħ ‘Prince Regent’ jiġifieri dak li jieħu l-irwol ta’ re mingħajr ma jkun fil-pożiżżjoni minħabba naturi diversi, f’dan il-każ, minħabba li ommu kibret.

Ir-Reġina ilha tnaqqas mill-attivitajiet li tattendi tant li minn 332 avveniment li kienet preżenti fl-2016, dawn niżlu għal 283 fl-2018.

Jidher ukoll li Charles huwa tal-fehma li l-Prinċep Andrew għandu jwarrab kompletament mix-xena, u qabel miegħu dwar dan, ibnu l-Prinċep William.

Ritratt: Reuters


Clifford Galea