Dan ħa jkun l-ewwel għeluq snin ir-reġina mingħajr ir-raġel tagħha Philip, u qed jingħad li dan ħa jkun jum iebes għar-reġina. Hi ħa tagħlaq 95 sena nhar l-Erbgħa li ġej u mistennija li tkun imdawra b'numru żgħir ta' persuni li jaħdmu għaliha f'Windsor.

Il-pjanijiet biex tiġi mmarkata l-ġurnata b’ritratt ġdid tagħha mhux mistennija li jsir għax għadha fil-perjodu uffiċjali ta’ luttu. Jidher li l-familjari ħa jkunu qed iżommulha kumpanija f'dan il-jum. Intant qed ikun spekulat ukoll li l-Prinċep Harry ħa jibqa' ġewwa r-Renju Unit sa għeluq snin ir-reġina qabel itir lura lejn l-Istati Uniti.

Wara l-problemi li kien hemm fil-familja rjali qed jiġi rrappurtat li l-Prinċep Harry kellu sagħtejn ta' taħditiet ma' ħuh il-Prinċep William u jingħad ukoll li ltaqgħu ma’ missierhom il-Prinċep Charles wara l-funeral tal-Prinċep Philip nhar is-Sibt.

Facebook / The Royal Family


Emil Calleja Bayliss