Miriana Conte, ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest ta' din is-sena, qasmet messaġġ importanti dwar is-sigurtà fit-triq.

F'intervista emozzjonanti mal-Vibe887, Miriana fetħet qalbha dwar l-inċident tat-traffiku li għaddiet minnu, u talbet lis-sewwieqa biex ikunu aktar attenti fit-toroq. Hija enfasizzat l-importanza li s-sewwieqa jikkalmaw, u qalet, “Aħjar tasal tard u jkollok xi ħadd bin-nervi miegħek, milli qatt ma tasal u jkollok lil xi hadd jibkik fil-funeral tiegħek.”

Miriana żvelat li l-karozza tagħha m'hijiex fi stat tajjeb, u spjegat li d-dwal tat-toroq li kienu difettużi kellhom irwol sinifikanti f'dan l-inċident.

View this post on Instagram

A post shared by Vibe FM (@vibe887)

Il-messaġġ ta' Miriana huwa tfakkira importanti tal-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw ukoll fiż-żoni tat-traffiku. Permezz tal-esperjenza tagħha, Miriana tqajjem kuxjenza u tistieden lil kulħadd biex ikun aktar attent u jimxi bil-kalma biex jiġu evitati tragedji bħal dawn fil-futur

Instagram / vibe887


Prisiah Schembri Fava