Ftit tal-mumenti ilu, Jason Micallef kiteb li r-rebbieħ ta' X Factor mhux ħa jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest u ħa jkun qed jitella' festival biex jagħżel ir-rebbieħ ta' dan il-konkors.

Jason Micallef kiteb, "Bix-xieraq li nfaħħar id-deċiżjoni għaqlija tat-tmexxija l-ġdida tal-PBS, li b'effett immedjat, ir-rappreżentazzjoni ta' Malta fl-edizzjomi li jmiss tal-Eurovision, se tkun permezz ta' festival mtellgħa apposta, u mhux min jirbaħ X Factor Malta."

Hu jkompli jgħid, "Konvint li din l-aħbar se tintlaqa' b'sodisfazzjon kbir mill-kantanti, awturi, u kompożituri Maltin kollha."

Facebook / Jason Micallef


Gwida.mt