Dalgħodu kmieni, proprju fuq TVAM, frisk frisk mir-rebħa tiegħu fuq MasterChef Malta Nicholas, ħabbar li fil-jiem li ġejjin ħa jkun qed isir nannu. Hu qed jistenna n-neputi jew in-neputija tiegħu bejn għada u pitgħada.
Dan żgur se jkun wieħed mill-isbaħ rigali li se jirċievi fl-2025. Hekk kif se jkun qed jieħu t-titlu ta' nannu għall-ewwel darba, hekk kif bintu tinsab lesta biex tixtri.
F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li kollox imur b'wiċċ il-ġid. Żgur li wara t-telfa tal-għażiża martu, ir-rebħa ta' MasterChef Malta u t-tarbija li ġejja fid-dinja se jġibu lil Nicholas u lill-familja tiegħu ferħ kbir.
Awguri mill-qalb! Tassew kuntenti għalik u l-familja għażiża tiegħek!