Illum Ron Van Maarschalkerweerd Borg, wieħed mid-disinjaturi tad-ditta Charles & Ron, se jkun qed jiċċelebra għeluq sninu. Id-ditta hi magħrufa ħafna fuq livell internazzjonali, b’bosta fashion shows fi New York Fashion Week u numru ta’ nies ċelebri li jilbsu l-ħwejjeġ tagħhom.

Ir-raġel tiegħu Charles awguralu u qal li Ron hu “ir-raġel sabiħ tiegħi, li hu tant qalbu tajba, li jħobb, li hu l-iktar bniedem li jaħdem u dedikat li qatt iltqajt miegħu. Nawguralek l-isbaħ xewqat illum u dejjem. Aħna ċċelebrajna 28 birthdays flimkien u nispera li nistgħu niċċelebraw ħafna iktar. Aħna nħobbuk ħafna l-Olandiż Ronnie tagħna.”

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lil Ron f’dan il-jum speċjali. Nittamaw li jkollok ġurnata mimlija mħabba, ferħ u rigali sbieħ. Awguri mill-qalb!

Facebook/Charles Van Maarschalkerweerd Borg


Nicole Barbara