Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur Simon Curmi li żgur ħafna jiftakruh għall-parti tiegħu fis-sensiela Simpatiċi. Iżda lil Simon rajnieh f'diversi partijiet oħra. F'dan il-jum, l-imħabba ta' ħajtu, Lauro Bruno ħallietlu messaġġ tassew ħelu sabiex tawguralu ġurnata mill-isbaħ!

Ritratt: Facebook / Lauro Bruno

Laura kitbitlu, "Dan ir-raġel hawn, il-persuna speċjali li jien kburija li nsejjaħlu l-partner tiegħi, ir-raġel li biddel ħajti għal waħda aħjar, li baqa' ħdejja fit-tajjeb u l-ħażin. Illum hu qed jiċċelebra għeluq sninu. Inħobbok bla tmiem qalbi."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Simon l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollu ġurnata mimlija b'dak li tixtieq qalbu.

Facebook / Simon Curmi


Emil Calleja Bayliss