Il-plejers kollha tat-tim tal-futbol Athletic Club qaxxru xagħarhom b’solidarjetà ma’ Yeray Álvarez, wieħed mill-plejers tat-tim, wara li ħarġitlu l-marda tal-kanċer.

Yeray li jilgħab bin-numru 5, mat-tim li huwa bbażat fil-belt ta’ Bilbao ġewwa Spanja, deher sorpriż immens meta sab lil sħabu kollha jistennewh fejn xulxin biex jaraw ir-reazzjoni tiegħu.

Dan il-plejer bħalissa għandu kuntratt mal-istess Athletic Club li ser iżommu hemm sal-2026.

View this post on Instagram

A post shared by Yeray (@yerayalvarez) on

Yeray irnexxilu jirbaħ il-battalja tal-kanċer darbtejn fuq xulxin f’dawn l-aħħar tlett snin.

Għalhekk nistgħu ngħidu li l-punteġġ bħalissa huwa tnejn b’xejn favur Yeray!


Luke Borg