L-ispirazzjoni wara l-kanzunetta SIMONE'S, l-ewwel single mit-tieni album ta' Hearts Beating In Time bl-isem ta' Songs for Girls. Kanzunetta pożittiva u mexxejja li permezz li tirrakkonta l-mawra ta' żewġt iħbieb tal-qalba li jispiċċaw iqattgħu lejl jimxu fil-kesħa ħdejn id-dar il-ġdida tagħhom.

Huma jiltaqgħu f'bar imsejjaħ "Simone's Kleine Kneipe" f'Berlin li jwassal għat-titlu tal-kanzunetta. Huma wara l-mixja jispiċċaw fuq bank jitkellmu dwar kollox sakemm toħroġ ix-xemx ta' filgħodu.

Rebecca Theuma, il-moħħ u l-vuċi wara Hearts Beating in Time, kienet involuta fil-mużika Maltija għall-aħħar 10 snin kienet bdiet bħala drummer ma' Stolen Creep, u mbagħad ma' Barkbarkdisco. Issa ilha tagħmel il-mużika bħala artista weħidha mill-2018 u ilu taħdem fuq Simone għal dawn l-aħħar ftit xhur.

Hija tgħix bejn Malta u Berlin tipproduċi mużika elettronika.

Leo Chircop / Hearts Beating in Time 


Emil Calleja Bayliss