Il-kitarrist Wayne Camilleri fuq il-midja soċjali tiegħu jumejn ilu qasam punt kemxejn xokkanti iżda punt reali li numru ta' nies bi tpinġija jaffaċċaw u minn żmien għal żmien iħabbtu wiċċhom miegħu.
Hu jistqarr, li omm jew missier il-ħabiba tat-tifla tiegħu, daħal ifittex fuq Facebook dwaru u ipprokbixxiet lil bintha milli tibqa' ħabiba ta' bintu minħabba l-ammont ta' tpinġija li għandu fuq ġismu.
Hu jgħid li t-tifla tiegħu ġiet mgħallma biex ma tiġġudikax u wieġbet li fehmet iżda hi kburija b'missierha. Wayne jgħid li bintu tgħallmet ukoll li fil-futur tkun iktar attenta dwar il-ħbieb li tagħżel. Hu tassew kburi bit-tifla tiegħu u jistqarr li t-tpinġija ma tbiddilx persuna.
Hu jkompli jgħid li qegħdin fis-sena 2021, u l-ebda edukazzjoni jew pożizzjoni ma għandha tagħmlek tħossok superjuri.
Prosit Wayne!
Facebook / Wayne Camilleri