Illum qed jiċċelebra għeluq sninu, Ronald Briffa. L-attur, kumidjant u preżentatur li żgur li issa drajnieh ta' kull nhar ta' ġimgħa fuq SerataRon. Il-ħabib kbir tiegħu, Toni Busuttil qasam messaġġ ħelu lil Ron f'dan il-jum.

Hu kitiblu, "Għażiż ħabib kbir tiegħi Ronald Briffa , xtaqt ħafna nista' norganizzalek xi ikla sabiħa għall-birthday. Dan huwa birthday speċjali għalik u żgur kienet tkun xi ħaġa sabiħa li niltaqgħu mal-ħbieb tagħna."

Toni jkompli jgħidlu, "Għażiż taf biżżejjed kemm inħobbok u kemm int speċjali għalija. Inwegħdek li nibqa' nimxi miegħek sew fi triq imħarbta kif ukoll f'waħda lixxa. Kif dejjem ngħidlek ibqa' kif int u tinbidel qatt."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Ron l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Konna ħa ninsew ngħidulkom għala Toni qal li dan hu birthday speċjali għal Ron! Illum Ron għalaq 40! Ron, tinkwetax għax ma tidhirhomx.

Facebook / Toni Busuttil


Emil Calleja Bayliss