Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna qasam mas-segwaċi tiegħu ħsieb profond dwar kif vera għandek tgħix l-imħabba. Hu fetaħ fuq punt li kulħadd esperjenza xi darba jew oħra.
Scicluna spjega, “L-imħabba trid tgħixha... Inutli ngħidu li rridu l-ġid lil ħaddieħor u ħlief ngħidu kontra xulxin ma nagħmlux. Trid titgħallem tneħħi r-rabja, taħfer u tixtieq il-ġid lil ħaddieħor anke jekk ħaddieħor jixtieqlek il-kontra.”
Dan il-kliem diffiċli tgħixu xi kultant minħabba li mhux faċli tixtieq il-ġid lil min jixtieqlek id-deni, iżda tajjeb li nkunu konxji dwaru biex kemm jista’ jkun nippruvaw nimxu miegħu. Tajjeb li niftakru xi tfisser verament l-imħabba u kif għandna ngħixuha. Grazzi lil Oliver Scicluna ta’ dan il-parir tant profond.
Facebook / Oliver Scicluna