Il-paġna ‘The People of Malta’ tagħmel intervisti ma’ nies mill-gżejjer tagħna u taqsam l-istorja tagħhom mas-segwaċi tal-paġna.

Huma riċentament kellmu lil Nazzareno li spjegalhom dwar il-passjoni tiegħu lejn ix-xogħol.

Hu qal, “Intom taħsbu li jiena qiegħed komdu liebes hekk? Għalija aħjar il-ħwejjeġ tax-xogħol, liebes xi xorts! Imma llum kelli nilbes hekk ta’ bilfors. Jiena l-hena tiegħi x-xogħol, ma nafx ma nagħmel xejn. Ilni naħdem minn meta kelli 16-il sena u llum għandi 67 u għadni għaddej. L-importanti li x-xogħol tieħdu bit-temp tiegħu, bil-mod. Meta tieħdu hekk ma hemmx isbaħ minnu. Jekk tmur għax-xogħol biex jgħaddi l-ħin, il-ġurnata se taraha twila.”

Kemm hija xi ħaġa sabiħa li nħobbu x-xogħol li nagħmlu u nieħdu pjaċir nagħmluh!

Facebook / The People of Malta


Gabriella Borg