Żgur li ġieli smajtu bis-superstizzjoni assoċjata mal-Ġimgħa t-tlettax. Hawn ħafna nies li jibżgħu li din il-ġurnata ġġib ix-xorti ħażina. Iżda din min fejn oriġinat?

Il-Ġimgħa 13 iseħħ meta jibda xahar fil-jum tal-Ħadd. In-numru 13 ġie assoċjat ma’ diversi avvenimenti negattivi u referenzi Bibliċi u kif ukoll medjevali.

L-aħħar ċena ma’ Ġesù attendew 12-il persuna nhar il-Ħamis ix-Xirka. Skond l-evanġelji, it-13-il persuna fuq il-mejda kienet Ġuda Iskariota, id-dixxiplu li ttradixxa lil Ġesù, li wassal għall-kruċifissjoni tiegħu nhar il-Ġimgħa l-Kbira.

Il-Ġimgħa ukoll jingħad li huwa l-jum li Adam u Eva kielu l-frott projbit mis-Siġra tal-Għarfien u l-jum li Kajjin qatel lil ħuh, Abel.

Xi nies jemmnu li x-xorti ħażina madwar il-Ġimgħa 13 oriġinat mill-Ġimgħa, it-13 ta’ Ottubru 1307, il-jum li fih ir-Re Filippu IV ta' Franza ordna l-arrest tal-ordni militari Kattoliku. Mijiet ta’ Kavallieri Templari ġew akkużati b’ereżija u immoralità.


Gwida.mt