Il-kantanta bravissima Michela Pace kitbet l-awgurju tagħha għal dak ir-raġel li ilu jħobbha mill-bidu nett u għadu sal-lum ta' spalla u sostenn għaliha, l-għażiż missierha. Fil-fatt missierha Michael illum jagħlaq sninu!

"M'hemmx kliem biex nirringrazzjak ta' dak li tagħmel! Int tassew speċjali f'kull sens! Inħobbuk bla qies Mikiel" Michela xerrdet anke ritratt mill-passat ma' missierha meta kienet għadha ċkejkna, u li żgur mhux forsi jqanqlilhom nostalġija kbira.

Lil Michael kellna ċ-ċans anke narawh waqt l-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, speċjalment malli Michela rebħet fil-finali. Ċertament li dakinhar flimkien ma' ommha Maurine, ħassu tant kburi biha u fis-seba' sema! Dik il-ġurnata li tibqa' immarkata f'ħajjithom!

Awguri minn qalbna Michael!


Kyle Zarb