Illum tagħlaq sninha l-attriċi bravissima li tant baqgħet magħrufa b'mod speċjali għall-karattru ta' Joyce f'Simpatiċi, Doreen Cini! Fuq il-midja soċjali rċeviet diversi messaġġi ta' xewqat sbieħ, fosthom mingħand binha Dominic li anke ħallielha erba' kelmiet għall-okkażjoni.

Dominic jirringrazzjaha tal-imħabba, rispett u sostenn li dejjem kellha għalih u għall-familja kollha tagħha. Hi dejjem kienet hemm bħala omm u ħabiba tal-qalb ukoll u dejjem servietu ta' kuraġġ f'kull ħaġa li għamel jew esperjenzal! "Inti kont il-pilastru li tellajtni b'karattru sod li għalkemm għaddejt minn żminijiet diffiċli għallimtni nrabbi qoxra u għallimtni wkoll inkun sod f'dak kollu li naghmel."

gf

Facebook/ Dominic Cini

Awguri minn qalbna Doreen! Tassew nammirawk!

Facebook/ Dominic Cini


Kyle Zarb