Victoria Guglielmini hija Maltija li tgħix fl-Iskozja u li ftit tax-xhur ilu ddeċidiet li tiftaħ ħanut bl-ikel Malti li semmietu Amaretto! Aħna minn Gwida.mt ddeċidejna li nitkellmu ftit ma’ Victoria. Ara x’qaltilna eżatt. 

1. X'inhi l-istorja wara l-ħanut Amaretto? U minn dejjem kien bil-ħsieb li jservi ikel tradizzjonali Malti?

Ili noqgħod Scotland mit-2001 u kull meta niġi malta (spiss) dejjem inġorr il-pastizzi fil-bagalja, u nibżgħu għalihom daqs id-djamanti… Kull meta kont niġi Malta kulħadd kien jgħidli... ‘ħanut tal-pastizzi missek tarma', u fl-aħħar ikkunsidrajt is-suġġeriment tal-familjari u l-ħbieb u ddeċidejt li ‘I’ll go for it’.

2. Kont qatt taħseb li l-pastizzi se jintgħoġbu daqshekk mill-iskoċċiżi? X'kienet ir-reazzjoni tiegħek meta dawn bdew juru l-interess?

Il-pastizzi ħsibt li ħa nġibhom għall-Maltin biss imma kont żbaljata. L-Iskoċċiżi ġġennu għalihom. Għalkemm m’aħniex Malta l-pastizz xorta bħala pastizz inbiegħuh. Il-kliem ‘pea cake’ u ‘cheesecakes’ ma jeżistux. U tiskanta kemm l-Iskoccizi jafu jippronunċjaw il-kelma ‘pastizzi’.

3. Bi ħsiebek iddewqilhom pastizzi oħrajn, bħal dawk tan-nutella u t-tiġieġ?

Il-konseja li jmiss ħa jkollna qassatat imma ħa nibqa’ bi tradizzjoni. Irkotta, piżelli, spinaċi u inċova - għalija dawk huma tradizzjonali. 

Facebook/Victoria Guglielmini


Nicole Barbara