Bħalissa Danita tinsab ġewwa Ċipru mal-familja tagħha. Mawra li fiha żgur qed tibni tant u tant esperjenzi sbieħ mat-tifel tagħha Lenny. Waħda minnhom żgur li kienet ġewwa ż-Żoo fl-istess pajjiż.
Lenny kellu ċ-ċans li jara ġiraffa u Danita baqgħet impressjonata. Hi tgħid, "Esperjenza tal-ġenn! Annimal daqstant kbir, enormi imbagħad qisek qiegħda tmelles qattusa. Jiġi ħdejk, iħallik tmissu u titimgħu qisu ilu jafek żmien."
Dwar is-safar hi tistqarr, "L-isbaħ esperjenzi qatt ma tagħmilhom fil-comfort zone tiegħek. Int li taqta' qalbek issiefer bit-tfal għax iġennuk. Forsi taqta' qalbek iġorr, taqta' qalbek tippakkja. Jew taqta' qalbek għax ma joqogħdux."
Hi tgħaddi parir, "Jekk ma tipprovax ma tkunx taf. Kultant aktar aħna noħolqu l-paniku, u jekk aħna nkunu qegħdin panikużi ma kull mossa t-tfal nibdew narawhom imqarbin. Oħroġ mill- comfort zone tiegħek lilly, u lil uliedek għallimhom is-sabiħ tad-dinja!"
Facebook / One Chick and a Yorkie