Il-kantanta lokali Amber illum kellha messaġġ speċjali x'tiddedika hekk kif persuna importanti f'ħajjitha, Olwyn, qed tiċċelebra għeluq sninha. Amber tibda minnufih issemmi fost l-isbaħ kwalitajiet f'Olwyn u turi l-gratitudni tagħha lejn kull ma tagħmel għaliha u għal binhom Ġużi.
"INT li mingħajrek ma nistax ngħix. INT li f’għajnejn Ġużi Mamà tal-ġenn li taf tagħti biss imħabba infinita. INT li ħajjitna tagħmilha speċjali kuljum. Awguri f’għeluq sninek. Jien u Ġużi nħobbuk ħafna, ħafna, ħafna," tikteb Amber.
Ixxerred diversi ritratti prezzjużi tagħha flimkien ma' Olwyn u binhom Ġużi. Awguri mill-qalb Olwyn f'isem it-tim ta' Gwida.mt u nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!