Illum Craig li jiġi iben Ian J Vella qed jiċċelebra jum għeluq sninu u missieru bħal dejjem kitiblu messaġġ verament ħelu f’dak il-jum speċjali għalih. Craig nafuh bħala attur, fosthom fis-sensiela Deja Vu, kif ukoll bħala kantant.
Nistgħu ngħidu li Craig qabad il-linja bħal oħtu u missieru, dik tal-kant u l-mużika. Ian kitiblu messaġġ għall-okkażjoni fejn isemmi l-imħabba kbira li għandu għal ibnu u kemm hu kburi bih.
"Ibni, f'għeluq sninek, irrid nesprimi x-xewqat mill-qalb tiegħi. Int l-aktar persuna umli, li tieħu ħsieb, u ferriħija li naf... Awguri għażiż ibni. L-imħabba tiegħi għalik hija bla qies." Xerred ritratt mill-isbaħ tagħhom flimkien.
Aħna ta’ Gwida.mt ningħaqdu wkoll ma’ Ian u nawguraw l-isbaħ xewqat lil Craig!