Kaya Gouder Curmi wiċċ familjari. Fl-aħħar skeda rajnieha timpressjona lill-ġurija ta' Malta's Got Talent flimkien ma' Ike. Huma rnexxielhom jaslu sal-finali ta' din il-kompetizzjoni. Illum in-nanna ta' Kaya, waħda mill-akbar sapporters tagħha tiċċelebra għeluq sninha.
Kaya tikteb, "F’għeluq sninek, kulma nista’ ngħid hu li nħobbok iktar milli qatt taf. Xejn f'din id-dinja ma jista' qatt ibiddel l-imħabba tiegħi għalik jew jieħu postek f'ħajti. Int ir-raġuni għaliex il-kuntentizza tinsab f'qalbi."
Hi tkompli tgħidilha, "Nann, int l-anġlu u l-aqwa ħabiba tiegħi. Ma nistax nirringrazzja biżżejjed lill-istilel fortunati tiegħi talli f’ħajti kelli nanna daqshekk fenomenali bħalek. Minn qalbi, nixtieq nirringrazzjak talli int l-isbaħ nanna fid-dinja kollha. Grazzi għall-affarijiet li tajtni f'ħajti ma nistax nirringrazzjak aktar. Grazzi għal kollox. Inħobbok bla qies."
Facebook / Kaya Gouder Curmi