Owen Leuellen kellu erba' kelmiet sbieħ x'jikteb lil ommu hekk kif illum qed tiċċelebra l-jum speċjali tagħha! Omm Owen tagħlaq sninha llum, u għaldaqstant xtaq pubblikament jirringrazzjaha għal dak kollu li dejjem tagħmel mal-familja kollha.
"Ir-Rockstar tiegħi, il-maniġer tiegħi. Grazzi mhix biżżejjed għal dak kollu li għamilt għalina!", jibda Owen. Hu jkompli billi jgħid li dejjem isibuha hemm minkejja kull ostaklu jew problema li jaffaċċjaw f'ħajjithom.
Grazzi għalik, il-karriera tiegħi hi li hi llum il-ġurnata u nista' ngħid bla dubju li int għamiltna dak li aħna llum bl-imħabba kollha tad-dinja." Jgħidilha li jħobbha u li jinsab ħerqan biex ikompli jagħmilha kburija u anke jara kuntenta b'dak kollu li tixtieq qalbha.
Awguri minn qalbna lil Rita!