Ftit tal-jiem ilu, Eleanor kellha t-tielet wild tagħha iżda erba' snin ilu bħal-lum hija kienet saret omm għall-ewwel darba. Dan għax kienet twieldet Krista Maraya u f'dan il-jum għażiż ommha ħallitilha messaġġ tassew ħelu.

Hi qaltilha, "U l-Prinċipessa tagħna llum għalqet 4. X' tikbirli pupa. J' Alla l-Mulej iżomm dejjem idejh fuqek. Int għalina tifla speċjali. Għana d-dinja bik sabiħa.Nixtiqulek ġurnata mill-isbaħ. Inħobbuk ħafna. Ħafna bews mingħand ħutek Benjamin Rocco u ż-żgħiru tagħna Andreas Carlo."

Aħna nawguraw lil Krista, ninsabu ċerti li ħa jkollha ġurnata sabiħa mmens flimkien ma' ħutha. Naħseb ma setgħetx tirċievi rigal isbaħ din is-sena, hekk kif il-ġenituri tagħha kellhom it-tielet wildt ftit tal-jiem ilu.


Emil Calleja Bayliss