Il-kantanta lokali Kaya ħalliet messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali b'xewqat sbieħ għall-għażiż missierha li propju llum jagħlaq sninu. Hi bdiet il-messaġġ bil-kliem, "Nixtieq l-aqwa jum għeluq sninu lill-aqwa missier!"

Kaya turi l-apprezzament lejh tat-trobbija tiegħu kif ukoll talli dejjem ħa ħsiebha mill-bidu nett, u kien lest biex ikun ta' wens u protezzjoni għaliha. "Int dejjem ġgħeltni nħossni sigura u protetta, ta' dan grata għal dejjem, Pa." 

Kull meta ħassha anzjuża jew imbeżża' hu dejjem kien hemm biex jagħtiha l-kuraġġ u t-tama biex tibqa' għaddejja. "Kontinwament kont hemm bħala widna biex tismagħni, u tagħtini pariri ta' komfort." 

Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb